Is-Sibt filgħaxija kien hemm l-ewwel pride march fir-Rabat Għawdex.
It-toroq tar-Rabat kienu mimlijin nies bil-bnadar u b’diversi posters sabiex iwasslu l-messagg tal-importanza ta’ din il-ġurnata storika. Kien hemm bosta nies li kienu eċitati għall-dan il-mument storiku għal din il-gżira għawdxija hekk kif diversi nies esprimew ruħhom fuq xi jfisser għalihom dan il-pass fil-komunita’ tal-lgbtiq.
Bosta esprimew ruħhom li dan l-avveniment għandu jibqa’ jikber kull sena għaliex b’dan il-pass ‘il quddiem, dawk l-individwi li jagħmlu parti minn din il-komunita’ qed iħossuhom aktar siguri u aċċettati.
L-organizzazzjonijiet li ħadu ħsieb dan l-avveniment kienu kuntenti ħafna bir-riżultat u żvelaw li l-pjanijiet għal dan il-pride march kienu ilhom għaddejjin għal diversi xhur bi pjanijiet kbar għall-futur.
//= $special ?>