Max Verstappen ser jibda l-Grand Prix tal-Olanda fl-ewwel post wara li għeleb lil Charles Leclerc fl-aħħar lap tat-tellieqa tal-kwalifikazzjoni ġewwa Zandvoort b’distakk ta’ 0.021 sekonda, hekk kif is-sewwieq l-ieħor ta’ Ferrari Carlos Sainz spiċċa fit-tielet post. Fir-raba’ u l-ħames post rispettivament Lewis Hamilton u Sergio Perez issiltu waqt it-tellieqa kollha iżda l-Ingliż ħareġ rebbieħ minn din it-taqtiegħa, waqt li l-kollega tiegħu ta Mercedes, George Russell temm it-tellieqa fis-sitt post.
Wara rebħa ta’ McLaren barra l-korsa fuq Alpine, hekk kif ikkonfermaw lis-sewwieq Oscar Pistari għas-sena d-dieħla, McLaren reġgħu ħarġu rebbieħa fuq Alpine ilbieraħ hekk kif is-sewwieq Belġjan Lando Norris temm it-tellieqa fis-sebgħa post bla ebda kompetizzjoni. Dan ir-riżultat huwa iktar impressjonanti hekk kif il-kollega tiegħu Daniel Riccardo kien eliminat f’Q1 hekk kif l-isfortuna tas-sewwieq veteran tkomplu tikber. L-aħħar tlett postijiet minn l-ewwel għaxra huma konsiderati bħala sorpiżi wara li Mick Shumacher ta’ Haas temm it-tellieqa fit-tmien post, Yuki Tsunoda ta’ AlphaTauri fid-disgħa post u Lance Stroll ta’ Aston Martin kien l-aħħar sewwieq li spiċċa ma l-ewwel għaxra, madankollu is-sewwieq ta’ Aston Martin mhux ser ikun qiegħed igawdi frott il-ħidma tiegħu wara li ġie skwalifikat f’Q3 minħabba problem tekniċi.
//= $special ?>