Serena Williams sellmet għall-aħħar darba lill-Open tal-Istati Uniti kif ukoll il-karriera brillanti tagħha, fost xeni emozzjonanti wara li tilfet kontra l-Awstraljana Ajla Tomljanovic f’lejla eċċitanti fi New York.
Williams, li tagħlaq 41 sena dan ix-xahar, kienet qalet li din kienet se tkun l-aħħar kompetizzjoni tagħha, u għalkemm qatt ma’ qalet il-kelma ‘tirtira’ kienet qalet li kien wasal iż-żmien li tibda tagħti prijoritajiet aktar lejn il-familja tagħha.
Williams ittemm karriera professjonali ta’ 27 sena li ġabet magħha 23 rebħ ta’ Grand Slam li jagħmluha l-aqwa plejer femminili ta’ kull żmien.
Kontra Tomljanovic, Williams tilfet 7-5 6-7 (4-7) 6-1 u wieħed setta jinnota d-dmugħ nieżel fuq wiċċha fi tiem il-konfront.
L-eks numru wieħed tad-dinja fl-aħħar sessjoni rnexxilha ssalva ħames match points iżda falliet milli ssalva s-sitt wieħed.
Kull minn kien preżenti qam japplawdi lil Williams hi u ħierġa mill-Arthur Ashe Stadium, propju l-istadium li fih rebħet l-ewwel Grand Slam fl-1999, l-ewwel wieħed minn sitta tal-Istati Uniti. Hi hu ħierġa mill-court indaqqet id-diska ‘Simply The Best’ ta’ Tina Turner.
