Dylan Mifsud, żagħżugħ ta’ 26 sena, resident il-Marsa ngħata s-sentenza ta’ sena ħabs u multa ta’ 700 ewro, wara li aktar is-Sibt filghodu nstab ħati bi traffikar tad-droga u pussess ta’ kokaina u eroina.
Mifsud kien ġie arrestat fit-12 ta’ April li għadda barra d-dar tiegħu f’vettura abbandunata u kien hawnhekk fejn inqabad b’14-il gramma droga.
Mifsud tressaq quddiem il-Maġistrat Elaine Mercieqa fejn kiem mixli kemm li biegħ il-kokaina u eroina, kif ukoll li huwa reċidiv.
Huwa instab ħati tal-akkużi kollha miġjuba kontrih u apparti l-multa Mifsud se jkollu jħallas ukoll 1.165 ewro fi spejjeż għall-ħatra tal-esperti neċessarji għal dan il-każ.
Il-Magistrat Elaine Mercieqa talbet ukoll sabiex id-Direttur tal-ħabs ta’ Kordin jofri l-assistenza kollha tiegħu sabiex l;-imputat jirrijabilita ruħu mill-vizzju tad-droga.
//= $special ?>