Raġel ta’ 28 sena residenti ż-Żurrieq ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-sebgħa fi triq il-Kunsill tal-Ewropa, Ħal Luqa.
Ir-raġel, li kien qed isuq mutur Honda weġġa’ wara li kien involut f’ħabta ma’ Toyota Ractis misjuqa minn raġel ta’ 37 sena residenti Ħal Luqa.
F’inċident separat li seħħ għall-ħabta tad-disgħa neqsin kwart fi Triq Dawret San Pawl, San Pawl il-Baħar, raġel ta’ 23 sena residenti l-Mellieħa weġġa’ meta kien involut f’inċident bil-mutur tiegħu tal-għamla Honda ma’ vettura Toyota CH-R li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 45 sena residenti l-Mosta.
Huwa ingħata l-assistenza minn tim mediku u ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>