Internazzjonali

Żimbabwe: Iż-Żimbabwe jkompli jersaq lejn dittatorjat

“Il-maġġoranza tal-Deputati tal-oppożizzjoni jinsabu kollha l-ħabs, il-ġurnalisti mwerwrin u ma jistawx jitkellmu u l-laqgħat pubbliċi huma pprojbiti”.

Hekk qed tiġi deskritta s-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe hekk kif minħabba l-elezzjoni li se ssir, il-gvern beda jżid r-restrizzjonijiet fuq il-liberta tal-kelma u l-espressjoni sabiex jirbaħ l-elezzjoni li ġejja.

Kelliema mill-pajjiż qiegħdin jgħidu li dawn ir-restrizzjonijiet qed jippruvaw jikkumbattu kull oppożizzjoni għat tmexijja tal-President Emmerson Mnangagwa li qiegħed jiffaċja inflazzjoni ta’ madwar 250%.

Wieħed minn dawk li bħalissa jinsabu arrestati huma Job Sikhal, li ilu arrestat għal tliet xhur u li taħt it-tmexxija ta’ Mnangagwa, Sikhail li għandu 50 sena ġie arrestat madwar 65 darba b’rabta mal-karriera politika tiegħu.

Esperti internazzjonali saħqu li s-saltna tad-dritt fiż-Żimbabwe sfaxxat fix-xejn, hekk kif il-gvern mhux talli qed imur kontra l-kostituzzjoni tal-pajjiż iżda wkoll kontra d-drittijiet tal-istess ċittadini.