Il-ħbieb ta’ Bjorn Formosa, il-fundatur tal-organizzazjoni ALS Malta, ħabbru fuq Facebook illi Bjorn kellu jiddaħħal l-isptar b’urġenza.
Għal dawn l-aħħar sigħat Bjorn kien qiegħed iħoss uġigħ kbir fil-prostata minħabba l-ammont ta’ ġebla li għandu.
U minħabba l-kundizzjoni tiegħu tal-ALS, Bjorn ma jistax jagħmel operazzjoni. “Nitolbukom biex iżommuh fit-talb tagħkom”, qalu l-ħbieb tiegħu fuq Facebook.

Bħalissa Bjorn Formosa kien għaddej bil-ħidma tiegħu qabel il-maratona tal-25 ta’ Settembru – maratona li se tgħin biex jitlesta t-tieni proġett li qed isir minn ‘Dar Bjorn’.
Bjorn Formosa ilu jikkumbatti din il-kundizzjoni sa mill-2015.
//= $special ?>