Internazzjonali

Ċile: Possibbiltà ta’ aktar inkwiet soċjali f’każ ta’ vot kontra l-Kostituzzjoni

Supporters of the "I Reject" option attend the closing campaign rally ahead of a constitutional referendum, in Santiago, Chile September 1, 2022. REUTERS/Ailen Diaz

Il-poplu taċ-Ċile qed jivvota f’referendum għal Kostituzzjoni ġdida u meta l-vot suppost li hu l-aħħar pass fi proċess twil lejn it-tkattir tal-għaqda fil-pajjiż wara l-protesti tal-massa ta’ snin ilu kontra l-Gvern.

Madankollu, il-proċess qed iqajjem aktar dubji dwar il-futur minbarra li qed jenfasizza d-diżgwid profond li jeżisti fil-qalba tas-soċjetà Ċilena.

U filwaqt li numru kbir ta’ Ċileni qed jittamaw li jgħixu f’pajjiż aktar inklussiv u  progressiv minn lat soċjali, l-aħħar stħarriġ indika li aktar votanti kienu qed jippjanaw li jivvutaw kontra l-kliem tal-Kostituzzjoni ġdida milli jirratifikawh – bl-inċertezza tiżdied minn siegħa għall-oħra.

F’din is-sitwazzjoni, kwalunkwe ċaħda għall-Kostituzzjoni ġdida kapaċi, ‘il quddiem, tfisser ir-ritorn tal-inkwiet politiku u soċjali li kien heżżeż liċ-Ċile fl-2019.