Futbol Sport

Draw ta’ mingħajr goals bejn Valletta u Sirens

(Ritratt: Valletta FC)

VALLETTA…….0

SIRENS……….0

Valletta: A. Guarnone, E. Ruiz ( L. Cremona 49′), J. Borg, T. Caruana ( C. Gauci 46′), S. Dimech (F. Cheveresan 61′), O. Akpoveta ( J.Ngong 46′), E. Pena Beltre, S. Kamdem, B. Paiber, E. Sala ( A. Zammit 78′), K. Bevis

Sirens: A. Cassar, G. Camilleri, W. Soares, M. Pereira, K. Sano (D. Promise 76′), R. Tachikawa, S. Cipriott, J. Walker (A. Borg 45′), I. Kolev (S. Sessegnon 60′), G. Ventura, D. Jackson.

Valletta tilfu ċ-ċans li jitilgħu fit-tielet post daqs Gudja meta fit-Tony Bezzin Stadium spiċċaw fi draw ta’ 0-0 kontra Sirens, f’partita li kenet imtappna b’żewġ karti ħomor. L-akbar mertu jmur għal Sirens li lagħbu kważi nofs il-partita b’raġel inqas hekk kif fit-52 minuta tkeċċilhom Gary Camilleri għal foul ikrah fuq Pena Beltre.

Fl-ewwel taqsima l-azzjonijiet kienu rari bl-aktarl azzjoni perikoluża tasal minn Sirens meta minn kross ta’ Cipriott kien Ivan Kolev li bir-ras tefa’ għoli.

Fit-tieni taqsima il-partita bdiet tisħot anke sforz il-frustrazzjoni taż-żewġ timijiet tant li Gary Camilleri tkeċċa fit-52 minuta b’karta ħamra diretta. Fit-62 minuta setgħet tistemà l-għajta tal-goal mis-supporters ta’ SIrens hekk kif ix-xutt ta’ Kei Sano kien maqlugħ minn fuq il-linja minn Christian Gauci. Fis-76 minuta s-sostitut Jean Marie Ngong ittanta xortih minn barra l-kaxxa iżda Andrea Cassar laqa’ tajjeb. Fis-86 minuta Valletta wkoll spiċċaw b’għaxra meta Brandon Paiber deher jagħti bil-minkeb lil eks plejer ta’ Valletta David Promise, bir-referee Philip Farrugia jurih il-ħamra.

Fl-aħħar sekondi tal-partita Andrea Cassar kien l-eroj ta’ Sirens hekk kif wettaq save mill-isbaħ fuq is-sostitut Andrea Zammit biex l-iskor baqa’ dak ta’ 0-0.