Mosta 0-5 Hibernians
Hibernians wettqu reazzjoni wara t-telfa ta’ 4-1 kontra Ħamrun u mingħajr wisq tbatija għelbu lil Mosta bl-iskor ta’ 5-0. Mal-kwarta logħob iċ-champions fetħu l-iskor permezz ta’ Jurgen Degabriele bl-istess plejer irdoppja fit-42 minuta biex Hibenrians daħħlu jistrieħu b’vantaġġ komdu ta’ 2-0. Fit-tieni taqsima t-tim immexxi minn Adrea Pisanu kompla jamministra l-logħba u fis-66 minuta skorja t-tielet goal din id-darba permezz ta’ Jake Grech. In-numru 8 ta’ Hibenrians skorja t-tieni goal tiegħu u r-raba’ għal Hibs fit-80 minuta biex tliet minuti mit-tmiem kien Jurgen Degabriele li għaqqad tripletta peronali u skor finali ta’ 5-0 favur tal-Pagun.
Gzira United 0-0 Marsaxlokk
Gżira United waqqgħu l-punti għat-tieni darba konsekuttiva meta fl-ewwel logħba tal-Ħadd fl-Istadium Nazzjonali spiċċaw fi draw ta’ 0-0 kontra n-neo promossi Marsaxlokk. Minn naħa l-oħra għax-xlukkajri, għalkemm għadhom qed ifittxu l-ewwel rebħa, dan jista’ jitqies bħala riżultat pożittiv meta lagħbu kontra tim kwotat aktar minnhom.
Wara kwara logħob kienu x-xlukkajri fuq l-attakk minn korner ta’ Fonseca li sab lil Serrano iżda d-daqqa ta’ ras tiegħu kienet milqugħa tajjeb minn Zarkov. Fis-17-il minuta l-eks plejer ta’ Valletta u B’Kara Aguirre inkariga minn free kick dirett bil-goalkeeper ta’ Gżira jerġa’ jsalva tajjeb. Lewwel xutt lejn il-lasta ta’ M’Xlokk wasal fid-39 minuta permezz ta’ free kick dirett ta’ Nikolai Muscat li iżda Gobbi salva tajjeb. It-tieni taqsima rat logħob maqsum bejn iż-żewġ timijiet u fl-54 minuta Maia għal Gżira minn azzjoni peronali ttanta xortih b’Gobbi jilqa’ tajjeb. Free kick ieħor ta’ Aguirre mas-sigħa logħob għadda barra u fil-65 minuta xutt ta’ Jeferson de Assis jgħaddi barra wkoll.
L-aħħar ċans tal-partita wasal fit-82 minuta minn free kick ta’ Steve Pisani bid-daqqa ta’ ras ta’ Toni Kolega li l-goalkeeper ta’ M’Xlokk Gobbi b’diffikultà kellu jdawwar f’korner. Skor finali ta’ 0-0
//= $special ?>