Iċ-Champion Max Verstappen rebaħ il-Grand Prix tal-Olanda fit-trakka ta’ Zandvoort. Fit-tieni post temm it-tellieqa s-sewwieq ta’ Mercedes George Russell hekk kif il-kollega tiegħu Lewis Hamilton spiċċa fil-ħames post. Charles Leclerc ta’ Ferrari kien is-sewwieq li ġie fit-tielet post u b’hekk is-sewwieq minn Monaco ikun l-aħħar sewwieq li jsib postu fuq il-podium.
Sergio Perez ta’ Red Bull u Fernando Alonso ta’ Alpine kienu s-sewwieqa li temmew it-tellieqa fil-ħames u sitt post rispettivament. Lando Norris ma kellux ħafna ċaqliq matul it-tellieqa hekk kif temm it-tellieqa fis-seba’ post l-istess pożizzjoni li spiċċa fiha fit-tellieqa tal-kwalifikazzzjoni. Is-sewwieq ta’ Ferrari Carlos Sainz kien is-sewwieq li ġie fit-tmien post segwit min Esteban Ocon ta’Alpine fid-disa’ post. Lance Stroll ta’ Aston Martin huwa l-aħħar sewwieq li jagħmel parti mill-ewwel għaxra. Yuki Tsunoda AlphaTauri u Valteri Bottas ta’ Alpha Romeo kienu s-sewwieqa li ma temmewx it-tellieqa. Is-sewwieq Finlandiż Bottas kellu jieqaf mit-tellieqa minħabba problem fil-magna waqt li Yuki Tsunoda temm it-tellieqa wara 48 laps minħabba problemi tekniċi.
//= $special ?>