Futbol Sport

Manchester United jistgħu jibdew bi tliet plejers ġodda: Arsenal mistennija jirkupraw xi players imweġġa’

Manchester United jistgħu jibdew il-partita kontra l-leaders Arsena bi tliet plejers ġodda meta mqabbla mal-formazzjoni inizzjali kontra Southampton u Leicester barra minn darhom, liema partiti rebħuhom bi skor identiku ta’ 1-0. Arsenal li kellhom problemi ta’ injuries mistennija jirkupraw xi players li kienu dubjużi ferm.

Casemiro ma nxtratx biex joqgħod bilqiegħda kif għamel fl-aħħar żewġ partit jew biex jagħti gwida tattika. Meqjus bħalka wieħed mill-aqwa midfielders difensivi fid-dinja u jkun bla sens li jiġi mserraħ għal kontra Real Sociedad fl-Europa League nhar il-Ħamis meta Arsenal jinsabu f’Old Trafford.

Forsi tkun sorpriża jekk Antony jibda mill-bidu hekk kif ilu ma jilgħab għal tliet ġimgħat minħabba li kien għaddej bi strajk ma’ Ajax biex jisforza t-trasferiment tiegħu ta’ €100 miljun. Aaron Wan-Bissaka, Luke Shaw, Brandon Williams, Axel Tuanzebe u Phil Jones x’aktarx li kollha ma jkunux disponibbli.

Bidla fl-attakk?

Erik ten Hag għażel l-istess tlieta ta’ quddiem fi tliet logħbiet wara xulxin u l-aktar taqsima li mpressjonaw fiha kienet l-ewwel waħda tagħhom kontra Liverpool. Anthony Elanga ma ħareġx fil-ground wara l-half-time f’dik is-serata u l-istess seħħ kmieni fit-tieni taqsima f’Leicester.

Jadon Sancho jinsab f’forma tajba fejn qed jiskorja u Marcus Rashford aħjar fuq in-naħa tax-xellug. Li tilgħabhom fuq il-linji u Cristiano Ronaldo punta, ma tkun ħaġa kbira, kontra difiża ta’ Arsenal li sa issa ma deheritx imbattibbli. Il-United li wara żewġ partiti kienu fil-qiegħ tal-klassifika u wara r-raba’ ġurnata telgħu l-ħames.

Rebħa fuq Arsenal tista’ teħodhom lura fil-postijiet taċ-Champions League. Il-United għandhom skwadra ta’ 28 plejer għal staġun mhux tas-soltu li se jkollu jitwaqqaf f’Novembru għat-Tazza tad-Dinja. Sadanittant Arsenal ingħataw daqsxejn ta’ aħbar tajba fuq l-injury’s.

Il-Manager ta’ Arsenal Mikel Arteta irid jagħmel il-kalkoli sew hekk kif xi plejers ewlenin jinsabu mweġġgħin. Il-goalkeeper Aaron Ramsdale u l-captain Martin Odegaard it-tnejn sofrew minn fir-rebħa ta’ nofs il-ġimgħa f’darhom kontra Aston Villa.

Filwaqt li Ramsdale temm il-logħba, Odegaard ħareġ 10 minuti qabel it-tmiem. Madankollu, it-tnejn ivvjaġġaw mal-iskwadra u se jiġu ttestjati b’mod strett qabel il-logħba. Jekk Ramsdale jispiċċa jitlef il-partita, allura l-għatu Amerikan Matt Turner jista’ jiġi magħżul għad-debutt tiegħu, filwaqt li l-istess jista’ japplika għal Fabio Vieira jekk Odegaard jitqies li mhuwiex f’siktu.

Madankollu, kemm b’Ramsdale kif ukoll b’Odegaard kienu fuq il-coach tat-tim, bil-partitarji tal-Gunners jittamaw li dan ifisser li se jkollhom rwol fil-konfront. Oleksandr Zinchenko, li tilef l-aħħar żewġ logħbiet b’injury f’irkopptu, għamel ukoll il-vjaġġ lejn it-Tramuntana tal-Ingilterra ma’ sħabhu

Nhar il-Ġimgħa, Arteta żvela li l-Ukren ma kienx tħarreġ mal-iskwadra mindu weġġa u għalhekk jibqa’ dubju kbir jista jilgħab f’Old Trafford. “Sfortunatament ma’ Alex (Zinchenko), dak għadu mhux il-każ. Huwa tilef żewġ logħbiet u għadu ma setax jitħarreġ mat-tim,” qal Arteta.

Id-difiża tidher li se tibqa’ l-istess filwaqt li t-tlieta ta’ quddiem ta’ Gabriel Jesus, Bukayo Saka u Gabriel Martinelli huma kważi ċerti li jerġgħu għal darb’oħra jibdew il-partita. Formazzjonijiet probabbli: Manchester United: De Gea; Dalot, Varane, Martinez, Malacia; Casemiro, Eriksen; Sancho, Fernandes, Ronaldo; Rashford: Arsenal : Ramsdale; White, Saliba, Gabriel, Tierney; Xhaka, Saka, Lokonga, Smith Rowe, Martinelli; Jesus.