Lokali

Issofri ġrieħi gravi wara ħabta bejn mutur u karozza

Passiġġiera fuq mutur sofriet minn ġrieħi gravi wara ħabta li seħħet bejn mutur u karozza lbieraħ, għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija, fi Triq il-Qrendi, l-Imqabba.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Nissan Navara, misjuq minn mara ta’ 34 sena minn Ħal Qormi u mutur Peugeot Tweet misjuq minn Pollakka ta’ 28 sena. Fuq il-mutur kien hemm ukoll Pollakka oħra ta’ 28 sena.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħadet il-passiġġiera l-Isptar Mater Dei għall-aktar assistenza medika, fejn ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.