Internazzjonali

It-Tajwan: Iċ-Ċina rrabjata dwar pakkett għall-bejgħ tal-missili mill-Istati Uniti

Iċ-Ċina — permezz tad-delegati — qed twiegħed ‘risposta’ wara li l-Istati Uniti approvat pakket ta’ madwar 1.5 biljun dollaru f’bejgħ ta’ missili lit-Taiwan.

Il-kelliem għall-Ambaxxata Ċiniża Liu Pengyu stqarr li din kienet dikjarazzjoni ferm irresponsabli minn naħa tal-Gvern Amerikan waqt li sostna li l-Istati Uniti ta’ kuljum qed tixħet il-ħatab fuq in-nirien waqt din is-sitwazzjoni delikata.

Diversi esperti internazzjonali qed jghidu li r-relazzjonijiet bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti sejrin dejjem għall-agħar, bis-sitwazzjoni tfakkar f’ kif kienu r-relazzjonijiet bilaterali matul is-snin sittin.

Il-pakkett finanzjarju minn naħa tal-Istati Uniti se jkun qiegħed jiffinanzja l-kostruzzjoni u l-bejgħ ta’ 160 missila li — f’każ ta’ invażjoni tat-Tajwan — jistgħu jintużaw kemm kontra l-ajruplani, kif ukoll kontra vapuri.