Internazzjonali

Medda ta’ Gaza: Maqtulin mill-Hamas talli kkollaboraw ma’ Iżrael

Żewġ irġiel Palestinjani akkużati b’li kkollaboraw ma’ Iżrael inqatlu skont digriet speċifiku li ħarġu l-awtoritajiet tal-Hamas li qed jikkontrollaw il-Medda ta’ Gaza.

Stqarrija mill-Ministeru tal-Intern f’Gaza ma identifikatx lill-irġiel u qalet biss li huma kienu provdew lill-Iżraeljani b’informazzjoni li rriżultat fil-qtil ta’ Palestinjani.

Kien żvelat ukoll li tlieta oħra ngħataw il-piena tal-mewt f’Gaza wara li nstabu ħatja dwar omiċidju.

Il-gruppi tad-drittijiet umani fil-passat ikkundannaw dawn l-esekuzzjonijiet mill-militanti Iżlamiċi tal-Hamas li ilhom jikkontrollaw Gaza mill-2007 , Dan meta l-piena kapitali hi minsuġa bħala element tal-amministrazzjoni f’dan it-territorju.