Lokali

Se jibdew il-ġuri mingħajr avukat

Skont it-‘The Times of Malta’ l-aħwa Degorgio se jkunu qiegħdin jirrapreżentaw lilhom infushom minghajr avukat hekk kif fi ftit tal-jiem ohra jibda l-guri dwar il-qtil tal-gurnalista Daphne Caruana Galizia. Dan wara li ma sabux avukat ġdid sabiex jiddefendihom f’dan il-każ.

Rapporti qiegħdin jindikaw li l-aħwa Degorgio spiċċaw mingħajr avukat difensur wara li l-eks avukat tagħhom William Cuschieri avża lil-Maġistrat Edwina Grima li mhux se jkompli jirrapreżenta lill-aħwa fil-Qorti.

L-aħwa Degorgio se jitressqu l-Qorti fuq l-akkużi li lura f’Ottubru tal-2017 poġġew il-bomba li qatlet lill-ġurnalista. Madankollu l-aħwa qegħdin jwieġbu mhux ħatja għal din l-akkuża.

It-Times qed tghid li f’dawn il-ġranet l-aħwa Degorgio ppruvaw javviċinaw diversi avukati fil-kriminal sabiex jirrapreżentawhom fil-Qorti. Madankollu s’issa, l-ebda avukat għadu ma’ aċċetta li jidħol f’dan il-każ.

Meta diversi avukati ġew mistoqsija għala ma’ daħlux għal dan il-ġuri, huma qalu li ma’ riedux ikollhom x’jaqsmu ma’ dan il-każ li xxokja lill-pajjiż.

Apparti minn hekk qalu li dan il-każ issa ilu għaddej, u allura ikun ferm diffiċli għall-avukati li jieħdu dan il-każ sabiex jirrapreżentaw lill-aħwa bl-aħjar mod possibli. Speċjalment issa li George Degorgio kien ammeta fuq il-podcast ‘Who killed Daphne’ li hu kien involut fil-qtil ta’ Daphne.

L-aħwa issa se jirrapreżentaw lilhom infushom fil-Qorti ghall-guri, bl-avukati għall-Għajnuna Legali jattendu għal dawn is-seduti sabiex jgħinu lill-aħwa fil-proceduri li jkunu strettament legali.

Tags