Lokali

Il-beatifikazzjoni tal-Papa Ġwanni Pawlu I

“Li timxi wara Kristu mhiex xiħaġa faċli”

Hekk stqarr il-Papa Fraġisku meta l-Ħadd mexxa ċ-ċelebrazzjoni tal-beatifikazzjoni ta’ Papa Gwanni Pawlu I – li kien ġie elett Papa fis-26 ta’ Awissu 1978, u dam biss 33 jum fit-tmexxija tal-Knisja Kattolika.

Bil-folla fi Pjazza San Pietru tinfexx f’ċapċip malli inkixef l-arazz bix-xbieha tal-Papa Luciani.

Il-Kardinal Taljan Albino Luciani kien għażel l-isem ta’ Ġwanni Pawlu b’turija ta’ rispett lejn il-prediċessuri tiegħu – il-Papa Gwanni it-XXIII u l-Papa Pawlu s-VI.

Gwanni Pawlu I kien miet ħesrem, 33 jum wara li ġie elett papa – fit-28 ta’ Settembru 1978.

Il-beatifikazzjoni tiegħu kienet tħabbret f’Ottubru tas-sena l-oħra wara li l-Vatikan ikkonferma li kienu qed iqisu l-fejqan ta’ tifla ta’ 11-il sena bħala miraklu. Dan wara li lura fl-2011, qassis li kien jaf lit-tifla kien talab lil Papa Ġwanni Pawlu I biex ifejjaqha, hekk kif it-tobba kienu avżaw lill-ġenituri li ma’ kienx hemm iktar tama għall-fejqan taghha.

Waqt l-Omelija quddiem folla ta’ 25,000 persuna, il-Papa Franġisku fakkar illi li timxi wara Kristu mhiex xiħaġa faċli. Dan għaliex Kristu ma joqgħodx jwiegħed l-impossibli iżda sempliċiment jitlob onesta minn dawk li jimxu warajh.

Il-Papa tenna li hemm min jippretendi li jimxi wara Kristu sempliċiment biex jikseb il-ġojjelli tad-dinja bħal flus, kontroll, poter, privileġġi jew rikonoxximent.

Il-Papa Franġisku stqarr ukoll li dawk kollha li jmixu wara Kristu ma’ jistgħux jkunu egoisti u jutlizzaw ir-reliġon tagħhom bħala għodda ta’ ġudizzju fuq ħaddieħor. Kien hawnhekk fejn il-Papa Franġisku kwota l-kliem tal-Papa Gwanni Pawlu I, meta kien qal li l-kattoliku jrid jkun dawl ta’ mħabba għal ħaddieħor.

Il-Papa Franġisku kompla qal li Gwanni Pawlu I kien bniedem u Papa eżemplari li dejjem laqa’ li kullħadd bi tbissima ġenwina, u li b’din it-tbissima saħansitra kkomunika l-imħabba li għandu Kristu għal kull wieħed u waħda minna.

Intant, fil-bidu tac-cerimonja, Bergoglio gie prezentat bir-relikwa tal-Papa Luciani – li hija wahda mill-ittri miktuba mill-Beatu Gwanni Pawlu I.

Tags