Futbol Sport

Serie A: Roma maħsuda minn Udinese…rebħa għal Verona fuq Sampdoria

(Ritratt: EPA)

Udinese 4-0 Roma

Fid-Dacia Arena, Udinese wettqu sorpriża f’partita li minn diffiċli rriżultat waħda facli għall-iskwarda mmexxija minn Sottil, għall-ewwel diżappunt għal Roma dan l-istaġun. Wara biss ħames minuti b’sorpriża Udinese marru fil-vantaġġ. Rick Karsdorp ikklerja ħażin approfitta Iyenoma Udogie li għeleb lil Rui Patricio. Roma naqsu milli jwettqu reazzjoni sabiex bil-partita karatterizzata minn mumenti nervużi lejn tmiem l-ewwel taqsima spiċċaw ammoniti minn Fabio Maresca, Paulo Dybala u Jose Mourinho. L-andament matul it-tieni taqsima ma nbidilx b’Udinese japprofittaw tant li fis-56 minuta minn pass ta’ Gerard Deulofeu kien Lazar Samardzic li għeleb lil Patricio. Fil-75 minuta l-iskor sar 3-0 meta minn azzjoni ta’ Jean Victor Makengo kien Roberto Pereyra li mill-ġdid għeleb lil Rui Patricio li fit-82 minuta sofra ir-raba’ gowl minn Sandi Lovric minn azzjoni ta’ Roberto Pereyra.

Cremonese 0-0 Sassuolo

Fl-ewwel partita tal-ġurnata bejn Cremonese u Sassuolo rajna konfront bilanċjat li wassal għal-logħba bla gowls fejn rajna ż-żewġ timijiet jaqsmu l-punti bejniethom. B’dan ir-riżultat Cremonese kisbu l-ewwel punt tagħhom dan l-istaġun. Sassuolo kienu bla dubju it-tim dominanti fil-partita iżda ma’ kienux kapaċi jsibu x-xibka matul id-90 minuta logħob. Kienu propju Sassuolo li kellhom l-ewwel azzjoni denja ftit wara l-ewwel suffara b’daqqa ta’ ras ta’ Andrea Pinamonti iżda l-attakkant Taljan ma rnexxielux isib ix-xibka. Luca Zanimicchia ta’ Cremonese ħoloq l-iktar ċans perikoluż għal Cremonese b’xutt minn fuq il-lemin wara kwarta logħob tal-ewwel taqsima.

Spezia 2-2 Bologna

Fit-tieni partita Marko Arnautovic kien il-protagonista b’doppjetta fid-draw ta’ 2-2 bejn Bologna u Spezia. Kien propju Arnautovic li sab ix-xibka l-ewwel wara biss sitt minuti logħob hek kkif sab ruħu mal-goalkeeper Dragowski minn pass ta’ Gary Medel. Id-difensur laterali Simone Bastoni sab ix-xibka ftit minuti qabel it-tmiem ta’ l-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima ż-żewġ timijiet ħarġu jfittxu l-goal tal-vantaġġ u kienu Spezia li sabu x-xibka għaxar minuti mill-bidu ta’ tieni taqsima. Kien Jerdy Schouten li skorja b’daqqa ta’ ras mill-kross ta’ Simone Bastoni. Fl-64 minuta Marko Arnautovic għaqqad dopjetta personali u ġab il-goal ta’ 2-2, riżultat li bih spiċċal-konfront.

Verona 2-1 Sampdoria

Minn bilanċ assolut sal-ewwel 40 minuta f’temp ta’ ħames minuti skorjati tlett gowls. Fl-40 minuta minn azzjoni ta’ Tomas Rincon kien Francesco Caputo li għeleb lil Lorenzo Montipo. Erba’ minuti wara Emil Audero wara li salva fuq Thomas Henry kien iġġudikat li wettaq autogowl bil-VAR konvalidat minn Paolo Valeri. Fit-tielet minuta ta’ ħin miżjud Verona saħansitra fl-vantaġġ . Tentattiv ta’ Kevin Lasagna kien salvat minn Audero, daħal Josh Doig li kompla ġewwa għat 2 – 1. Riżultat li biħ intemmet il-partita liema riżultat wassal għall-ewwel rebħa fil-Kampjonat għal Verona filwaqt li wara ħames partiti Sampdoria għadhom bla rebħa.