Grazzi għas-sit TheShiftNews u l-Fondazzjoni Daphne Caruana Galizia, issa sirna nafu aħjar għalfejn Robert Abela u sħabu baqgħu jiddefendu lil Konrad Mizzi sal-aħħar.
Hekk stqarr il-Kap tal-PN Bernard Grech wara li l-Ħadd gie ppubblikat il-ftehim li kien sar bejn Konrad Mizzi u s-SOCAR tal-Azerbaijan. Bil-Kap tal-PN jinsisti illi dan id-dokument jikkonferma għalfejn dejjem ivvutaw favur l-eks Ministru Konrad Mizzi fil-Parlament u għalfejn issieltu tant biex jaħbu l-kuntratt.
Apparti minn hekk, illum qed insiru nafu li dan il-ftehim mhux talli ma ġiex diskuss mal-Kummissjoni Ewropea, talli ġie moħbi minnha minħabba l-biża’ li jmur kontra r-regoli u l-prinċipji Ewropej, bil-konsegwenzi kollha li din id-deċiżjoni tista’ ġġib magħha.
U waqt li l-poplu qed iġorr il-piż ta’ dawn l-iskandli kollha, it-Times żvelat li l-Gvern se jkompli jixxaħħaħ man-nies. Tant li se jwaqqaf proġetti nazzjonali li minnhom kien se jgawdi l-poplu.
Bil-Kap tal-PN jgħid illi dan qed isir fl-istess waqt li huma se jibqgħu jisolħu l-miljuni minn fuq dar in-nies.
//= $special ?>