Żebbuġ Rangers ħadu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta għelbu lil Santa Lucia bl-iskor ta’ 2-0. Wara li l-ewwel taqsima l-logħba ntemmet mingħajr goal, Żebbuġ marru fil-vantaġġ fil-bidu tat-tieni taqsima meta Charles Lokoli ngoy skorja l-goal tal-vantaġġ. Fil-ħin mogħti żejjed Miguel Pérez Jimenez aċċerta r-rebħa lil Żebbuġ R.
Minn naħa ta’ Gudja U, huma rebħu l-konfront kontra Balzan biex momentarjament telgħu fit-tieni post tal-klassifika b’seba’ punti u qabzu lil istess Balzan li sofrew l-ewwel telfa fil-kampjonat. Il-partita ġiet deċiża fit-33 minuta b’goal ta’ Johann Bezzina.
//= $special ?>