Minn tal-anqas 10 persuni nqatlu u 15 oħra ndarbu wara attakk b’sikkina li seħħ f’komunità indiġena fil-provinċja ta’ Saskatchewan fil-Kanada.
L-attakki seħħew f’diversi bnadi tal-provinċja, bil-pulizija tinvestiga 13-il xena ta’ delitt.
Rapporti qed jgħidu li xi wħud mill-vittmi dehru li kienu fil-mira, filwaqt li oħrajn ġew attakkati għax kienu fil-post fejn seħħew l-attakki.
Fl-ewwel kummenti tiegħu l-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau ddeskriva l-inċidenti bħala “orribbli u ta’ qsim il-qalb”.
Il-persuni li wettqu dan ir-reat sa issa għadhom ma nstabux bil-pulizija madankollu għaddejja bi tfittxija għal żewġ persuni suspettati.
//= $special ?>