It-Times of Malta fil-gazzetta tal-Ħadd irrapurtat li l-Gvern se jkollu jwaqqaf numru ta’ proġetti infrastruturali biex ikompli jissikka ċ-ċintorin.
U dan kollu – fil-prattika – se jkun qed jaffetwa l-iskejjel, it-toroq, u diversi proġetti oħrajn.
Iżda fuq l-istazzjon Laburista l-Ministru Aaron Farrugia, għamel wegħda ċara li l-proġetti se jibqgħu għaddejin.
Il-Ministru Farrugia, m’għamel l-ebda referenza għal dak li qalet it-Times, u allura xorta baqgħu d-dubji dwar il-pjan li qed jaħmi l-Gvern għall-Budget li jmiss.
Ħafna qed jistaqsu wkoll jekk it-toroq li jinsabu maqlugħa hux se jdumu aktar biex jitlestew, filwaqt li oħrajn stqarrew ma’ Net News kif il-Gvern se jibqa’ jħalli l-istudenti u l-għalliema fil-kontejners, għax in-nuqqas ta’ investiment fl-Edukazzjoni se jkun qiegħed iġib riperkussjonijiet oħra bħal dawn.
Il-Gvern min-naħa tiegħu diġà qaċċat aktar minn miljun ewro mill-Budget allokat għall-Università ta’ Malta.
//= $special ?>