Il-Qorti tat il-libertà proviżorja lil raġel anzjan residenti Bormla li diġa serva aktar minn sena ħabs taħt taħt arrest preventiv, wara li kien akkużat b’serq ta’ fuel fl-2017. Il-każ kontra Angelus Vella ta’ 70 sena kompla quddiem il-maġistrat Astrid May Grima dalgħodu.
Vella kien oriġinarjament akkużat li seraq fjuwil b’valur ta’ €50 minn pompa tal-petrol f’Ħal Qormi. Vella għandu wkoll numru ta’ kundanni ripetuti u kien serva żmien il-ħabs għal reati żgħar ta’ serq u kellu każ ta’ frodi. Meta kompla l-każ quddiem il-maġistrat Astrid May Grima, l-ispettur Roderick Agius informa lill-Qorti li l-prosekuzzjoni ma kellhiex aktar provi x’i tressaq.
L-avukati difensuri, l-avukati Noel Bianco u José Herrera talbu li l-qorti tagħti l-libertà proviżorja lill-klijent tagħhom. Herrera qal lill-Qorti li l-ħajja tal-imputat kienet ħadet daqqa wara li ibnu kien miet b’overdose ta’ droga. Vella kien beda juża d-droga hu stess u jagħmel reati żgħar.
“Ilu snin il-ħabs fuq reati żgħar u qed jiġi miċħud il-libertà proviżorja talli seraq €50 fjuwil,” issottometta l-avukat, filwaqt li argumenta li r-raġel kellu bżonn l-għajnuna aktar minn kull ħaġa oħra. Herrera sostna wkoll li ma kien hemm l-ebda rabta bejn iż-żewġ reati li kien qed jiffaċċja l-klijent tiegħu – frodi u serq.
“M’hemm l-ebda rabta ġuridika bejn iż-żewġ akkużi, għalhekk irridu niddeċiedu fuq liema minnhom se noqgħodu.” Vella kien diġà għamel aktar minn sena ħabs taħt arrest preventiv, wara li skonta d-diversi sentenzi tiegħu, żied jgħid l-avukat, fejn talab li l-qorti tittrasforma ruħha f’qorti tad-droga biex tiddeċiedi dwar il-każ.
Id-difiża talbet ukoll il-libertà proviżorja taħt il-prinċipju “de minimis” (ta’ importanza minima), billi argumentat li l-allegat reat kien serq żgħir ħafna, li għalih l-imputat kien “diġà serva l-ekwivalenti ta’ sentenza ta’ kważi 18-il xahar.” L-Ispettur Agius informa lill-Qorti li ma kellu l-ebda sottomissjonijiet x’jagħmel dwar it-talba għal pleġġ.
Il-Qorti, wara li semgħet is-sottomissjonijiet, laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest, u ħelset lil Vella bil-kundizzjoni li josserva curfew u jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija ta’ Bormla darbtejn fil-ġimgħa. Il-libertà proviżorja kellha tiġi garantita b’depożitu ta’ €2,500 u garanzija personali ta’ €10,000.
Taħt il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja tiegħu, Vella huwa pprojbit milli jmur Ħal Qormi fejn allegatament seħħew ir-reati. L-akkużat tpoġġa wkoll taħt ordni ta’ probation u ta’ trattament sakemm tingħata s-sentenza finali f’Diċembru, bil-qorti tispeċifika li l-ordni ta’ trattament għandha tinkludi kemm trattament psikoloġiku kif ukoll għall-vizzju tad-droga.
//= $special ?>