Attard 0-1 Mqabba
F’partita kkontrollata minn Andrea Naudi, fil-Victor Tedesco Stadium rebħa minima għal Mqabba li mmaturat wara biss ħames minuti b’ gowl skorjat minn Matthew Xuereb li għeleb lil Zach Valletta.
St. Andrews 0-2 Żejtun Corinthians
Fis-Centenary Stadium b’gowl f’kull taqsma Żejtun Corinthians immexxija minn Orosco Anonam, kisbu tlett punti importanti kontra St. Andrews fejn wara li fid-29 minuta fetħu l-iskor permezz ta’ Andre Carlos Penha Da Costa li għeleb lil Beppe Mangion, fit-tieni taqsima reazzjoni sterili minn St.Andrew’s. Żejtun approfittaw meta rduppjaw fid-59 minuta permezz ta’ Jurgen Debono. Referee tal-partita kien Daniel Casha.
Fgura United 4-0 San Ġwann
Fit-tieni partita fil-Victor Tedesco Stadium, Fgura United għelbi lil San Ġwann 4-0. Rebħa oħra konvincenti għal Fgura United fejn fit-28 minuta fetħu l-iskor permezz ta’ Aroldo Da Silva Arruda li għeleb lil Miguel Spiteri għall-uniku gowl matul l-ewwel taqsima. Fis- 56 minuta Fgura rduppjaw permezz ta’ Donys Quintero. Ħames minuti wara kien Everton Jose’ Costa Silva li kabbar l-iskor għal 3-0. Bil-partita deciża fit-83 minuta mill-ġdid Aroldo Da Silva Arruda li għamel l-iskor 4-0.
Mtarfa 0-0 Melita
F’partita kkontrollata minn Fyodor Zammit, ebda gowl f’konfront fejn id-difiżi rispettivi deciżi li jżommu l-iskor intatt bil-goalkeepers rispettivi Jean Mattias Vella u Ryan Caruana rari jkunu mpenjati.
//= $special ?>