Sport

Ċikliżmu: L-Olandiż Thymen Arensman jirbaħ il-15-il stadju ta’ La Vuelta

Filwaqt li llum hija ġurnata ta’ mistrieħ fit-Tour ta’ Spanja : La Vuelta, il-bieraħ sar il-15-il stadju minn Martos sa Sierra Nevada Alto Hoya de la Mora u Monachii . L-Olandiż Thymen Arensman ta’ Team DSM temm ir-rotta ta’ 153 kilometru f’4 sigħat 17-il minuta 17-il sekonda biex daħal fl-ewwel post b’distakk ta’ minuta u 23 sekonda fuq Enric Mas ta’ Spanja għal Movistar Team u minuta 25 sekonda mill-Kolombjan Miguel Angel Lopes ta’ Astana Qazaqstan.

Fil-klassifika ġenerali fl-ewwel post jibqa’ Remco Evenepoel tal-Belġju għal Quick Step Alpha Vinyl Team b’total ta’ 56 siegħa 40 minuta u 49 sekonda b’vantaġġ ta’ minuta 34 sekonda fuq is-Sloven Primoz Roglic ta’ Jumbo Visma. Fit-tielet post jinstab l-Ispanjol ta’ Movistar Team ,Enric Mas b’distakk minn Evenepoel ta’ 2 minuti u sekonda.