Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa kull sena jinnomina persuna jew persuni sabiex jingħataw Ġieħ Ħal Luqa. U din is-sena, il-Kunsill b’mod unanimu iddeċieda li dan il-Ġieħ jingħata lid-Direttur tad-Dar tal-Providenza Fr. Martin Micallef.
Din iċ-ċerimonja se ssir nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Settembru fit-8pm.
Fr Martin twieled Ħal Luqa fl-1967, u attenda wkoll l-iskola Primarja f’din il-lokalità.
Hu kien ordnat saċerdot fl-1996, u ilu Direttur tad-Dar tal-Providenza sa mill-2008.
//= $special ?>