The Malta Chamber of SMEs f’kollaborazzjoni mal-Malta Enterprise ħabbru l-ewwel edizzjoni tal-Malta Business Awards fejn il-finali se jsir fit-28 t’Ottubru f’Dar il-Mediterran il-Belt Valletta. Il-premijiet se jkunu maqsumin fuq erba’ kategoriji u n-nominazzjonijiet se jkunu miftuħin sal-25 ta’ Settembru. Il-finalisti se jkunu mħabbra fl-10 ta’ Ottubru.
Waqt dan l-avveniment se jingħataw ‘il fuq minn 20 premju lin-negozji li jagħmlu parti minn setturi differenti fosthom it-turiżmu. Barra minn hekk, hemm elementi differenti fosthom in-nisa imprendituri u soluzzjonijiet immirrati għall-bidla fil-klima kif ukoll proċessi sostenibbli.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Chamber of SMEs Abigail Agius Mamo qalet li l-Malta Business Awards se jinkludi diversi negozji f’kategoriji differenti sabiex kulħadd ikun inkluż. In-negozji jistgħu jibgħatu l-applikazzjoni tagħhom stess jew inkellha jkunu nominati minn negozji oħra. L-applikazzjonijiet se jkunu miftuħin sal-25 ta’ Settembru fuq www.maltabusinessawards.mt.
//= $special ?>