Żagħżugħ Ingliż ta’ 20 sena li għandu problema ta’ droga residenti Malta li jaħdem fil-manutenzjoni tad-dgħajjes ingħata l-pleġġ mill-Maġistrat Astrid May Grima wara li ġie mixli li kellu fil-pusses tiegħu 470 gramma tad-droga cannabis li nstabet f’ċirkostanzi li turi li ma kinitx għal użu esklussiv tiegħu.
Josh Hogan li joqgħod il-Qawra ġie mixli li nhar is-Sibt bejn il-11 u 12pm. fi Triq il-Fortizza San Pawl il-Baħar pusses ta’ cannabis mhux għal użu esklussiv tiegħu. Huwa tressaq il-Qorti mill-Ispettur Andrew Agius. L-Avukati Charles Mercieca u Gianluca Caruana Curran, li dehru għall-akkużat qalu li missieru irid jagħmel tajjeb għall-pleġġ ta’ ibnu.
Mandankollu l-Qorti qalet li l-importanti hu li tisma’ s-sottomissjonijiet tal-partijiet. L-Ispettur oġġezzjoni għall-pleġġ u dan minħabba n-natura tal-akkuża, mhux biss li l-ammont kien ta’ 470 gramma, imma nstabet għand l-akkużat borża b’pakketti bi qratas u miżien. Il-prosekuzzjoni qalet ukoll li l-każ għadu qed jiġi nvestigat.
Id-difiża qalet li mhux biss ma hemmx xhieda, iżda li f’Diċembru li għadda l-cannabis kienet ġiet legaliżata u li ċirkostazni ta’ kif instabet sustanza mhux llegali, u li dan tressaq biss għax m’għanux liċenzja, u ta’ pusses aggravat. Id-difiża qalet ukoll li Hogan għandu problema ta’ droga, lest għal ordni ta’ trattament, huwa missier ta’ tarbija ta’ tmien xhur.
Ingħad ukoll mid-difiża li fl-awla numru 14 fejn qed jinstema’ l-każ preżenti hemm martu u l-ġenituri tiegħu u oħtu. Huwa lest li jobdi l-kundizzjonijiet kollha. Id-difiża qalet li l-akkużat ilu jgħix Malta madwar sitt snin, jaħdem, għandu familja f’Malta u li għandu fedina penali netta.
Huwa qed joqgħod mal-ġenituri tiegħu li jaħdmu wkoll. L-Avukat Merceica qal li xejn mhuwa se jinbidel, iżda jekk jispiċċa l-ħabs jinbidlu ħafna affarijiet speċjalment b’psikoloġikament. Il-Qorti ħarġet ordni ta’ trattament sakemm tingħata s-sentenza, u dan sabiex biex jiġi mgħejjun mid-dipendenza tiegħu mid-droga u anke jiġi mgħejjun psikoloġikament.
Huwa ġie ordnat li jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija tal-Qawra kuljum bejn il-5am u 8pm kuljum, li jkun id-dar fit-8pm u ma joħroġx qabel il-5am u jkun id-dar fit-8pm. Barra minnhekk il-pleġġ ingħata fuq depożitu ta’ 5,000 ewro u garanzija personali ta’ 10,000 ewro.
//= $special ?>