Il-media Ingliża qed tirraporta li Manchester United taw kuntratt lil Christian Eriksen li b’kollox jiswa’ £43miljun (€50miljun) meta ffirmawh permezz ta’ free transfer. Dan għamlu biex iwarrbu l-interess mir-rivali tagħhom fejn jidher li kien hemm numru ta’ clubs li wrew interess fih.
Fost dawk kien hemm l-eks team ta’ Eriksen Tottenham Hotspur. Il-Manager tagħhom Antonio Conte huwa ammiratur kbir tal-internazzjonali Daniż. Rapporti li kien deheru fil-media fi żmien meta Conte kien il-Manager tiegħu ma’ Inter, li t-tnejn ma jarawx għajn m’għajn ġew miċħuda f’Ġunju li għadda.
Ir-Red Devils ħadu lil Eriksen wara li skada l-kuntratt ta’ sitt xhur li kellu ma’ Brentford. Eriksen wera li xorta seta’ jkompli jilgħab ma’ teams tal-ogħla livell waqt li kien qed jilgħab mal-“Bees” l-istaġun li għadda, minkejja li l-karriera tiegħu ħadet daqqa wara li sofra minn attakk tal-qalb fil-Euro 2020 meta kien qed jilgħab għad-Danimarka.
Meta spiċċa inħall minn ma’ Inter minħabba li fl-Italja hemm regoli li minn ikollu problemi mediċi ta’ dan it-tip ma jistax jilgħab. L-eleganza u l-forma tiegħu reġgħu spiċċaw fuq ir-radar ta’ wħud mill-aqwa klabbs fl-Ingilterra, nkluż l-eks team tiegħu Tottenham.
U skont aħbarijiet li ġew żvelati minn ġewwa Old Trafforfd, biex iwarrbu l-interess mir-rivali tagħhom, il-United qed iħallsu lil Eriksen salarju £200,000 fil-ġimgħa. Huma tawh ħlas ta’ £12-il miljun malli ffirma. Matul il-medda tal-kuntratt tiegħu ta’ tliet snin,
United se jkunu ħallsu lill-player ta’ 30 sena £43miljun. Erik ten Hag ingħata appoġġjat għal £216m fis-suq tat-trasferimenti. Il-winger tal-Ajax, il-Brażiljan Antony kien l-aktar li sewa flus, fejn ingħaqad għal £85.5m. Casemiro, rebbieħ taċ-Champions League għal ħames darbiet, ingħaqad ukoll mal-klabb, wara li ħalla lil Real Madrid.
Il-United ħadu wkoll lid-difensur internazzjonali Arġentin Lisandro Martinez mingħand Ajax, lil Tyrel Malacia mingħand Feyenoord u lil goalkeeper internazzjonali Slovakk Martin Dubravka, mingħand Newcastle United.
//= $special ?>