Raġel ta’ 47 sena residenti l-Ħamrun waqa’ madwar żewġ metri waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol fuq ċint. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post hekk kif issejħet ambulanza. Ir-raġel ingħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>