Futbol Sport

Jirritorna t-tim tan-nisa ta’ SK Victoria Wanderers

Fil-jiem li għaddew it-tim Għawdxi ta’ S.K. Victoria Wanderers ħabbar li se jerġa jwaqqaf mill-ġdid it-tim tan-nisa fil-livell tal-kbar u anke n-nursery. Il-Pjan tal-klabb hu li t-timijiet jikkompetu fil-kompetizzjonijiet uffiċjali organizzati mill-MFA.

L-aħħar li kien organizzat il-Kampjonat Għawdxi tan-Nisa kien fl-istaġun 2009/10 fejn f’dak l-istaġun intlagħab ukoll għall-aħħar darba l-Kampjonat tan-Nisa ta’ taħt is-16-il sena. SK Victoria Wanderers rebħu darbtejn il-Kampjonat tal-Kbar u darbtejn oħra dak ta’ taħt is-16-il sena.

Kull min hu nteressat li jifforma parti minn dan il-proġett jista’ jagħmel kuntatt dirett mal-klabb għal aktar tagħrif.