Kwalità tal-ħajja li tixirqilna. Hija din it-tema magħżula mill-Partit Nazzjonalista għall-festi tal-Indipendenza li jilħqu l-qofol tagħhom fl-20 ta’ Settembru.
Il-PN se jiċċelebra l-festi ta’ din is-sena b’differenza; kif fisser il-Viċi Kap tal-PN Alex Perici Calascione f’konferenza tal-aħbarijiet.
Perici Calascione qal li din is-sena l-messaġġ tal-PN qed jiffoka fuq temi nazzjonali, u li jgħaqduna bħala poplu – ċelebrazzjonijiet li jiffukaw fuq l-aspirazzjonijiet tal-Maltin u l-Għawdxin.
Is-Segretarju Ġenerali Michael Piccinino spjega kif l-attivitajiet tal-Indipendenza se jinkludu laqgħat mal-attivisti, diskussjonijiet fil-każini tal-PN fin-Naxxar u s-Siġġiewi, u attività kommemorattiva fl-20 ta’ Settembru fil-Floriana. “Din se tkun attività nazzjonali, bis-sehem ukoll tal-Korpi Kostitwiti”, stqarr Piccinino.
L-attività tal-20 ta’ Settembru se tagħlaq b’diskors mill-Kap tal-PN Bernard Grech.
Apparti minn hekk, il-programm jinkludi wkoll attivitajiet sportivi u anke laqgħat f’Għawdex.
//= $special ?>