Sport Sport Ieħor

Kai Azzopardi u Danica Bonello Spiteri jirbħu l-Kampjonati Nazzjonali Sprint Triathlon

Birkirkara St Joseph Sports Club ospita t-tielet tiġrija tal-Go&Fun BSJ Sprint Triathlon Series li serviet wkoll bħala l-Kampjonati Nazzjonali Sprint Triathlon.

Kai Azzopardi, ta’ ħmistax-il sena, rebaħ l-ewwel tellieqa tal-kbar Sprint Triathlon u b’hekk kien wieħed mill-iżgħar triatleti li qatt rebaħ titlu ta’ Kampjonat Nazzjonali. Dan ir-riżultat isegwi titli oħra li Azzopardi rebaħ dan l-istaġun, wara li rebaħ il-Kampjonati Nazzjonali tad-Duathlon u l-Akwathlon aktar kmieni dan is-sajf.

Azzopardi kiseb vantaġġ ta’ erbatax-il sekonda fuq l-isfidant għat-titlu Keith Galea. Galea, li s-soltu normalment jispikka fit-taqsima tar-rota, irreġistra l-iktar ħin tajjeb fit-taqsima tal-ġirja. Madankollu dan ma kienx biżżejjed biex għeleb lil Azzopardi li spiċċa t-tellieqa fl-ewwel post, erbgħa u għoxrin sekonda qabel Galea. Ryan Muscat li spiċċa fit-tielet post ukoll ta rendikont tajjeb tiegħu nnifsu li pproduċa l-aħjar ħin tiegħu għas-sajf.

Fil-Kategorija tan-nisa, Danica Bonello Spiteri kienet ir-rebbieħa fejn żiedet titlu ieħor ma dawk mirbuħa matul is-snin. Il-ħin tagħha kien l-aħjar reġistrat għall-istaġun. L-għawma b’saħħitha tagħha għenitha tikseb vantaġġ tajjeb fuq Krista Kuusijarvi, li ħadet it-tieni post. Fit-tielet post spiċċat Keira Attard. Attard ilha żżomm it-tielet post fuq il-podju b’mod konsistenti matul is-sajf.

Fi tmiem it-tellieqa ġew ippreżentati trofej lir-rebbieħa u tal-Age Groups mill-membru tal-Bord tal-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon John Vella.

Birkirkara St. Joseph Sports Club jirringrazja lil-Go&Fun, il-Kunsill Lokali tan-Naxxar u l-Malta Triathlon Federation talli appoġġjaw dan l-avveniment.

L-aħħar tiġrija tal-Go&Fun BSJ Sprint Triathlon Series se ssir il-Ħadd 25 ta’ Settembru fis-Salina. Ir-reġistrazzjoni tista’ ssir online permezz ta’ din il-link – https://bsj.mt/event/2022-bsj-sprint-triathlon-series-race-4/

Riżultati – Go&Fun BSJ Sprint Triathlon Series (It-Tielet Tellieqa) u Kampjonat Nazzjonali

Irġiel / Nisa

1 Kai Azzopardi (1:02:04) / Danica Bonello Spiteri (1:08:23)
2 Keith Galea (1:02:28) / Krista Kuusijarvi (1:09:39)
3 Ryan Muscat (1:04:57) / Keira Attard (1:17:56)

Trofej Age Groups:

Under 23 Sean Michael Darmanin Debora Desira
40-49 Kristjan Briffa
50-59 Kevin Muscat Suzanne Farrugia
60+ Joe Cortis