Lokali

Konrad Mizzi se jerġa’ jintalab biex jidher quddiem il-Kumitati għall-Kontijiet Pubbliċi

Wara dak żvelat ilbieraħ jidher biċ-ċar li l-eks Deputat Mexxej Laburista Konrad Mizzi għad fadallu x’jirrispondi.

Dan intqal fi stqarrija maħruġa miċ-Chairman tal-PAC, Darren Carabott u d-deputati Nazzjonalisiti David Agius u Graham Bencini.

Huma qalu li bħala Deputati Nazzjonalisti membri tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi se jkunu qed jitolbu biex Mizzi jerġa’ jidher quddiem il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi.