Lokali

Wara l-iskandlu tat-testijiet tas-sewqan, Schembri jgħid li għandna “servizz eċċellenti ta’ customer care”

Għal Silvio Schembri, dak li seħħ fl-iskandlu ta’ Transport Malta kien sempliċiment servizz ta’ Customer Care eċċellenti.

FIt-tweġibiet tiegħu għad-domandi ta’ Net News, Silvio Schembri bħal donnu prova jiġġustifika l-iskandlu li seħħ fi Transport Malta u l-aġir tal-Ministru responsabbli. U qal li dak li kien żvelat kien biss, skont hu, spekulazzjoni tal-media. 

Bl-istess Ministru joħroġ għonqu għal sħabu tal-Kabinett, iżda fl-istess nifs ma jikkummentax jekk il-Ministru involut f’dan l-iskandlu ta’ Transport Malta għandux jiġi sospiż jew le.

Intant skont il-Prim Minsitru Robert Abela, ebda Ministru mhu qed jiġi investigat wara li faqqa’ l-iskandlu l-ġdid ta’ Transport Malta – skandlu li ġie żvelat fil-Qorti, b’xhieda ġuramentata.

Il-każ tat-testijiet tat-teorija għal-liċenzja tas-sewqan kixef racket ta’ korruzzjoni li allegatament kien jinvolvi 3 ufficjali ta’ Transport Malta li tressqu l-Qorti – Clint Mansueto, Raul Antonio Pace u Philip Edrick Zammit, li lkoll qed iwiegbu mhux hatja.

L-isem tal-Ministru partikolari involut għadu ma ħariġx fil-Qorti – imma l-akkużi, u l-mod kif saru l-affarijiet, huma skandalużi.