Raġel ta’ 62 sena residenti l-Fontana jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn mutur fir-Rabat, Għawdex għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħaxija.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel intlaqat minn mutur misjuq minn raġel ta’ 38 sena residenti l-Qala. L-inċident seħħ fi Triq ir-Repubblika.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza u ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech ġiet infurmata u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>