Lokali

Bi ġrieħi gravi wara ħabta bejn żewġ vetturi

Inċident bejn żewġ vetturi wassal biex żagħżugħ ta’ 28 sena sofra ġrieħi gravi għall-ħabta tas-5:45am fi Triq
Għajn Tuffieħa, l-Imġarr.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn BMW 520 misjuqa minn raġel ta’ 23 sena residenti l-Mellieħa, u Toyota Hilux misjuq minn raġel ta’ 28 sena residenti l-Imġarr.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 28 sena l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.