Wirja mill-aqwa mill-iskwarda ta’ Mark Gatt sarfet f’rebħa barra minn darna ta’ 2-0 għat-tim Nazzjonali f’Malti kontra l-Montenegro fl-aħħar impenn fi Grupp E ta’ Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2023. B’din ir-rebħa l-Maltin spiċċaw b’7 punti, l-aqwa riżultat kemm ilu dan il-format.
Il-Maltin fetħu l-iskor fit-28 minuta permezz tal-plejer ta’ Durham Maria Farrugia li wara pass ta’ Hailey Bugeja approfittat minn żball difensiv biex wara li avvanzat għelbet lil Kristovic. Ftit qabel il-mistrieħ reġgħet kienet Hailey Bugeja li bdiet l-azzjoni meta qabżet plejer avversarju fil-kaxxa u qassmet fin-nofs lejn Emma Lipman li b’xutt mill-ewwel għamlet l-iskor 2-0.
Fit-tieni taqsima kif kien mistenni, l-Montenegro għafsu xi ftit fl-attakk f’tentattiv li jidħlu fil-partita iżda għal darba darbtejn il-goalkeeper ta’ Birkirkrara Janice Xuereb kienet attenta u ġabet saves importanti li żammew clean sheet għall-Maltin.
Fl-aħħar minuti tal-partita l-Maltin kienu sfortunati li ma’ għamluhomx tlieta meta minn fuq il-penalty spot Brenda Borġ rat il-konklużjoni tagħha taħbat mal-lasta. Skor finali Montenegro 0 Malta 2.
