Aħbar ferm pożittiva għall-ġudikatura meta wara assenza ta’ diversi xhur jirkupra l-isptar Mater Dei u d-dar il-Maġistrat Joe Mifsud irritorna fl-awla t-Tlieta filgħodu fil-Qrati tal-ġustizzja biex ikompli bil-ħidma tiegħu. Kien f’Lulju li għadda li l-Maġistrat Mifsud ħareg mill-isptar u kompla l-irkupru tiegħu mid-dar.
Qabel ħalla l-isptar fil-21 ta’ Lulju fejn dam hemm taħt sorveljanza għal 169 ġurnata il-Maġistrat Mifsud irringrazzja lil Professur Kevin Cassar u tobba tiegħu, nurses u l-staff kollu ta’ S3 u S5, kif ukoll chaplains tal-isptar. Huwa kien ħeġġeg ukoll biex tikber id-devozzjoni lejn il-Madonna ta’ Pinu u Dun Mikiel Attard.
Qabel ma għamel dan il-perjodu twil l-isptar u anke id-dar huwa kien ukoll qatta ftit aktar minn xahrejn l-isptar. Mifsud kellu jagħmel 169 jum maqsumin fuq żewġ perjodi. Bejn dawn il-perjodi ta’ osservazzjoni huwa kellu l-opportunità li jiltaqa’ wkoll mal-qdusija tiegħu l-Papa Franġisku fiż-żjara tiegħu f’pajjiżna.
Mifsud se jkun qiegħed ikompli bil-viżti tiegħu fl-Isptar biex ikompli jingħata l-attenzjoni medika li għadu bżonn. Fil-bidu tas-sena Mifsud kien qatta’ wkoll 63 ġurnata l-isptar Mater Dei u rritorna d-dar fit-12 ta’ Marzu, iżda sfortunatament kellu jerġa’ jiddaħħal l-isptar ftit taż-żmen wara.
Mifsud qiegħed iħares ‘il quddiem sabiex jirritorna lejn id-dover tiegħu, dak li jservi lis-soċjetà. Ir-ritorn lura fl-awla għandu jibda b’żewġ kumpilazzjonijiet. Qabel ma beda jisma’ l-kawżi l- Maġistrat Mifsud irringrazzja lil dawk kollha li waqfu miegħu waqt li kien indispost u dawk kollha li marru jarawh, persuni minn kull strada tas-soċjetà,
//= $special ?>