Tilef ħajtu Liam Vidal, il-vittma li sofra ħruq estensivi wara li karozza ħadet in-nar fi Triq il-Lanċa, Marsamxett is-Sibt li għadda.
Vidal, li kellu 41 sena, sofra feriti serji f’diversi partijiet ta’ ġismu u anke organi tal-ġisem. Hu kien ilu fil-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei għal dawn l-aħħar ġranet.
Vidal kien instab mindud mal-art qrib il-karozza Vauxhall Insignia li kienet f’ħuġġieġa nar.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace, bl-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
