Is-sieħba ta’ Wayne Delia kienet iġġieldet miegħu fuq il-ħruq ta’ dgħajsa f’Tas-Sliema meta kienu fir-residenza tagħhom f’Santa Venera u dan wassal biex xi ġirien għamlu rapport mal-Pulizija minħabba l-istorbju abbinat mal-ġlieda matul il-lejl.
Rosaria Maria Camilleri, li għamlet madwar ħames sigħat arrestata fuq il-każ qalet li Delia kien il-vittma ta’ dan kollu u ċerta li huwa kien imqabbad minn xi ħadd biex jagħmel dak li għamel. Dan xehdu l-Ispettur Mario Xiberras, wieħed mill-uffiċjali li nvestigaw il-każ ta’ ħruq tad-dgħajsa bl-isem ta’ Megan. Camilleri li kienet waħda mix-xhieda fil-każ għażlet li ma twieġeb għall-ebda domanda, dritt li għandha skont il-liġi.
Dan ħareġ meta t-Tlieta filgħodu quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud bdiet il-kumpilazzjoni kontra Wayne Delia ta’ 36 sena residenti Santa Venera. Huwa qed jiġi mixli bl-involviment tiegħu fi ħruq fuq dgħajsa rmiġġata fuq ix-xatt ta’ Tas-Sliema fid-29 ta’ Lulju.
Wayne Delia, li ma jaħdimx, qed jiġi mixli li volontarjament ta n-nar lid-dgħajsa, li għamel ħsara lil proprjetà ta’ terzi u li kiser tliet digrieti ta’ pleġġ. Fil-Qorti ħareġ li minn investigazzjonijiet fondi li saru u minn filmati tas-CCTV ħareġ li t-tatoos ta’ Delia wassluha biex tarrestah u tressqu l-Qorti.
Irriżulta wkoll li Delia kien żaqqu barra kellu flokk fuq rasu u wara xugaman u kien liebes karkur u kellu t-tatoos li wassluh biex jiġi identifkat. Huwa qed iwieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih. L-Ispettur Mario Xiberras spjega kif kmieni fid-29 ta’ Lulju, għall-ħabta tas-1.15am, il-pulizija tad-distrett ta’ Tas-Sliema ġew informati bin-nirien abbord bastiment irmiġġat mal-baħar.
Fortunatament, persuna li rat il-fjammi kienet marret abbord u b’mod eroiku neħħiet oġġett li kien qed jikkawża l-ħruq, liema oġġett deher li ntuża biex jinxtegħel in-nar, u tefgħu l-baħar. Dak l-intervent f’waqtu żamm in-nar milli jkompli jinfirex.
L-Ispettur Xiberras qal x-xhieda li kienu fil-post iddeskrivew lis-suspettat bħala persuna ta’ statura twila li kienet telgħet fuq ir-railings tad-dgħajsa. L-investigaturi sabu landa ta’ fjuwil nofsha mimlija ta’ ħames litri abbord, kif ukoll fjuwil imxerred mat-tapizzerija.
Is-suspettat ġie identifikat mill-istatura tiegħu kif ukoll mit-tatoos distintivi tiegħu. L-Ispettur Xiberras u l-Ispettur Colin Sheldon qalu fil-Qorti li Delia, is-sieħba tiegħu u ċertu Oivin Xuereb kien iltaqgħu Santa Venera u ddeċidew li jmorru jieklu xi ħaġa tas-Sliema, u li s-sieħba tal-akkużat m kellhiex idea x’kellu f’moħħu Delia.
Il-prosekuzzjoni qalet li kien daħal rapport fl-Għassa tal-Pulizija li dgħajsa marbuta fejn the strand Tas-Sliema kienet qed taqbad u marru l-Puliziija tad-distrett u minn hemm bdew l-investigazzjonijiet minn naħa tal-arsons unit, Mill-ewwel investigazzjonijiet fuq il-post irriżulta li d-dgħajsa kien ta’ ċertu Paul Gauci.
Meta dan kien mitkellem, dan qal li hija reġistrata fuqu imma jużaha ċertu Keith Bezzina. Il-Pulizija niżżlet fimati minn diversi CCTV Cameras fosthom minn żewġ stabbilimnenti u dawk ta’ Transport Malta. Xiberras qal li huwa għaddihom lin-nies tiegħu, li bdew jaraw min kienu ż-żewġ persuni li deheru fil-filmati. Dawn kienu mexjin fuq il-moll, fejn persuna minnhom kienet twila.
Minn aktar investigazzjoni irriżulta li ċertu Christian Galea u Matthew Portelli raw kollox, tal-ewwel kien miexi minn hemm fis-1.00am. fejn kien raha nar qed jieħu fuq id-dgħajsa. Kienhu li tela’ fuq id-dgħjsa u l-oġġetti li beda’ jqabbad, xeħtu l-baħar.
Dan qal lill-Pulizija li fuq id-dgħajsa kien hemm landa b’likwidu ta’ kulur ħadrani u fuq it-taprezzija kien hemm tixrid ta’ fuel. Wara ġie mitkellem ċeru Matthew Portelli, li ukoll għen lill-Pulzija. Dan kien qed jistad, ra żewġ persuni. Wieħed twil li spiċċa biex tela’ fuq id-dgħajsa u xerred xi likwidu. Dan tela mar-railing u xeħet xi ħaġa.
Ix-xhud qal li kien daħal rapport għand il-Pulizija li matul il-lejl kien seħħ argument bejn koppja f’Santa Venera. Mill-investigazzjoni rriżulta li dan kien bejn raġel u s-sieħba tiegħu. Mir-rapport tal-ġirien il-Pulizija riedet tiskopri min kienet il-koppja.
Hawn instab li l-mara inkwistjoni kienet tkun ma’ Wayne Delia. Dan kollu rriżulta wkoll mill-mobiles tagħhom. Minn telefonata minnhom, mill-mobile tagħha għal dak ta’ Delia u dan kien fil-=ħinijiet ta’ bejn 9.52pm u 1.20 am ta’ bejn it-28 u 29 Lulju. Dan il-mobile beda jaqbad mal-antenna manoel island u Belt is-Sebħ.
Xiberras qal li kien hemm żewġ numri li fuqhom għorkitu għajnu, wieħed minnhom ta’ reġsitat fuq Oivin Xuereb, qabblu mas-CCTV. Sadaniitant wara li sar l-ħruq fis-1.04am saret telefonata lill ecabs biex imorru għal Xuereb fejn il-Burger King Siema, u nstema’ wkoll il-leħen kien ta’ Wayne Delia.
Wara investigazzjoni fit-tul saru l-arresti ta’ Delia, s-sieħba tiegħu u Xuereb. Dan sar fil-25 ta’ Awwissu f’żewġ gruppi. L-Ispettur Colin Sheldoin kellem lis-sieħba ta’ Wayne Delia. Din qalet lill-Pulizija li kienu ftehmu biex imorru jieklu tas-Sliema.
Qalet ukoll lill-Pulizina li l-argument ma Delia seħħ dak inhar fit-3am. Dan, ukoll peress li skont hi, Wayne Delia għamel dak li għamel għax kien imqabbad minn xi ħadd. Tenniet li saret taf wara li telqu minn tas-Sliema, Xuereb minn naħa tiegħu qal lill-Pulizija li hu u Delia kienu marru jimlew landa bil-fuel fil-pompa ta’ Manoel Island., Xuereb qalilhom li kien imliha hu u ħallas Wayne Delia.
Qal li kienu ftehmu li se jagħmlu barbeque, imma meta kien miegħu u skopra għaliex ried il-fuel, iġġenen u qal lil Delia – “hemm x;se tagħmel taf li qed tilgħab ma tmien snin ħabs. Xuereb qal lill-Pulizija li f’ħin minnhom ġeba l-landa fil-ħaxix, iżda wara ftit Delia sabha.
Meta ra hekk ibbukkja taxi li ħadu minn Tas-Sliema. Il-prosekuzzjoni qal li Xuereb jinsab bil-police bail sat-22 ta’ Settembru, u jidher li ma kienx involut f’xejn, anke jekk l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin. Xehed ukoll sid id-dgħajsa u min qed jagħmel użu minnha, Paul Gauci u Keith Bezzina. Dawn qalu minn stima li ngħataw il-ħsara fuqha hija ta’ €778.80.
Meta l-Pulizija tad-distrett u mit-taqsima tal-arsom marru fuq il-post huma kienu mgħejjuna wkoll minn membri tal-protezzjoni ċivili u minn dgħajsa tas-servizz. L-avukat tal-akkużat Franco Debono, Francesca Zarb u Marion Camilleri reġgħu ma għamlu l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest.
Il-Qorti ppreseduta mill-maġistrat Joe Mifsud kienet infurmata li baqa’ tmien xhieda oħra biex jagħtu d-depożizzjoni tagħhom f’dan il-każ. Il-Qorti talbet lill-prosekuzzjoni fis-seduta li jmiss li se ssir fl-20 ta’ Settembriu f’nofs inhar. L-Ispetturi Jeffery Scicluna u Colin Sheldon mexxew il-prosekuzzjoni. L-avukati kienu l-avukati difensuri. Rene’ Darmanin deher bħala parte civile f’isem is-sidien tad-dgħajjes.
//= $special ?>