Lokali

Isofri ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn e-scooter

Raġel ta’ 47 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tal-5pm safa’ mtajjar minn e-kick scooter misjuq minn żagħżugħ ta’ 20 sena fi Triq il-Wied, Birkirkara.

L-ewwel investigazzjonijiet juru li r-raġel li jgħix Ħaż-Żabbar intlaqat minn e-kick scooter misjuq miż-żagħżugħ residenti Birkirkara.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-għajnuna, u ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 47 sena l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.