F’Acquaviva, San Marino it-tim Nazzjonali Malti ta’ taħt is-16-il sena għeleb lil San Marino 5-0, fl-ewwel partita ta’ ħbiberija minn tnejn kontra l-ospitanti.
Emerson Piscopo fetaħ l-iskor għat-tim immexxi minn Andrea Vela fit-52 minuta, b’San Marino jiksbu l-goal tad-draw seba’ minuti wara permezz ta’ Nicholas Protti. Il-Maltin minn dak il-ħin ma’ ħarsux lura u fil-61 minuta marru fil-vantaġġ permezz ta’ Nathan Grech biex tmien minuti wara kien Nathan Zerafa li għamel l-iskor 3-1.
Bil-Maltin jieħdu dominju assolut tal-logħba, fis-77 minuta wasal ir-raba’ goal mill-plejer ta’ Valletta Claude Mercieca. Il-Maltin kienu għadhom mhux lesti u fis-87 minuta Liam Micallef skorja l-aħħar goal tal-partita għal skor finali ta’ San Marino 1 Malta 5.
Nhar l-Erbgħa 7 ta’ Settembru Malta terġa tilgħab kontra San Marino fit-tieni partita ta’ ħbiberija.
//= $special ?>