Wieħed miż-żewġ suspettati fil-qtil ta’ għaxar persuni fil-Kanada, instab mejjet fl-aħħar sigħat… bil-Pulizija Kanadiża tgħid li l-feriti li kkawżaw il-qtil tiegħu ma sarux minnu stess… jiġifieri, xi ħadd ieħor possibilment qatlu.
Is-suspettat, Damien Sanderson instab mejjet f’waħda miz-zoni li saru l-attakki.
It-tieni suspettat, Myles Sanderson li jiġi ħu Damien, għadu qed ikun imfittex mill-Pulizija.
Il-vittmi kollha tal-attakk inqatlu b’daqqiet ta’ sikkina.
Il-pubbliku qed jibqa’ jkun imwissi biex jibqa’ fuq allert sakemm jinstab it-tieni suspettat.
Mhux magħruf ir-raġuni wara l-attakk iżda l-Pulizija Kanadiża qalet li possibilment uħud mill-vittmi kienu fil-mira ta’ dan l-attakk filwaqt li oħrajn ma kellhom x’jaqsmu xejn mas-suspettati.
//= $special ?>