Kollox qiegħed jindika li l-għajnuna tal-COLA għas-sena d-dieħla se tkun qed tiżdied għal €10 fil-ġimgħa….fatt li ċertament mhux tajjeb la għal businesses u lanqas għal-familji Maltin u Għawdxin.
Sostna dan id-Direttur Ġenerali tal-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem, Joe Farrugia, fejn flimkien mal-President tal-MEA Joanne Bondin preżentaw stħarriġ li wettqu fost diversi kumpaniji fejn ħareġ fid-deher x’qiegħed jinkwieta lill-kumpaniji fid-dawl tal-inflazzjoni li dejjem qed tiżdied.
Mistoqsi min Net News, Joe Farrugia insista li żieda fil-COLA, flimkien ma’ dik tal-materja prima, bilfors li se tkun qed taffettwa liċ-ċittadin Malti…għaliex pass bħal dak ikollu r-riperkussjonijiet tiegħu.
Huwa insista li l-MEA ma tridx li jsir tibdil fil-Mekkaniżmu tal-COLA imma li tintlaħaq stabbilita. Għaldaqstant l-MEA qed tirrakkomanda sabiex għall-2024 iz-zieda ghall-gholi tal-hajja tkun kostanti għall-ħames snin ġejjin, u li tkun mhux inqas minn €2.50 u mhux aktar minn €6 fil-ġimgħa….soġġetta għal reviżjoni wara 5 snin.
Intant, mill-istħarriġ imwettaq mill-MEA ħareġ li aktar ma jkomplu jinħassu l-effetti tal-inflazzjoni, madwar 50% tal-parteċipanti qalu li se jitfgħu parti miż-żieda fuq il-klijenti…filwaqt li 22% minnhom saħqu li se jitgħu l-piż kollu fuq il-konsumatur….li tfisser żieda fil-prezzijiet.
Joe Farrugia spjega li ma nistgħux nassumu li kulħadd se jintlaqat l-istess. Dan hekk kif saħaq li 85% tal-kumpaniji parteċipanti spjegaw li se jkollhom impatt kawża tal-inflazzjoni filwaqt li s’issa aktar minn nofshom staportew id-daqqa….madanakollu 45% żiedu l-prezzijiet.
Barra minn hekk, 64% qed ibassru li se jsofru daqqa fid-domanda għat-tnax-il xahar li ġej…bl-aktar mħassbin huma dawk li jaħdmu fil-manifattura kif ukoll fis-settur turistiku.
Dan filwaqt li l-maġġoranza tal-kumpaniji insistew li se jagħmlu minn kollox sabiex iżommu l-impjegati tagħhom magħhom minkejja kollox.
//= $special ?>