Lokali Qorti

Jitressqu żewġ persuni l-Qorti fuq akkużi relatati ma’ serq u vjolenza domestika

Illum, għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħodu, il-Pulizija ser tressaq żewġ persuni l-Qorti, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Nadine Lia.

Huma ser jitressqu b’akkużi relatati ma’ serq aggravat u vjolenza domestika, fost oħrajn.