It-Tnejn filgħaxija ntemmet it-tieni ġurnata tal-Amateur League Sezzjoni A b’ żewġ logħbiet li ntlagħbu fil-Victor Tedesco Stadium.
L-ewwel partita kienet bejn Birżebbuġa St. Peter’s u Xgħajra Tornadoes li temmew din il-logħba bl-iskor ta’ 1-1. Xgħajra T marru fil-vantaġġ fit-8 minuta permezz ta’ Izuchukwu Owen Anyaso. Għal Birżebbuġa St. Peter’s ġab l-iskor indaqs Christopher Cutajar fil-61 minuta. Birżebbuġa St Peters temmew il-partita bi player inqas meta fid-89 minuta Glenn Brincat intwera l-karta l-ħamra. Il-logħba kienet ikkontrollata mir-referee Vladimir Rizoski, bl-assistenti referees Stefan Minic u Kyle Verbraeken.
Fil-partita ta’ wara Żabbar St Patrick immexxija minn Mark Miller, ħadu t-tieni rebħa tal-istaġun minn daqstant partiti meta għelbu lil Kalkara United 1-0 biex issa jinsabu fl-ewwel post flimkien ma’ Qormi u Senglea Athletic. Fis-60 minuta Francesco Gusman għeleb lil Mario Bartolo għal dak li kellu jkun il-goal tar-rebħa. Referee tal-partita Wayne Sammut, assistit minn Kieran Mallia u Wayne Spiteri.