Lokali

Numru ta’ zoni f’Ħal Balzan jagħmlu s-sigħat mingħajr elettriku

Kif jixhdu dawn ir-ritratti, numru ta’ toroq u zoni f’Ħal Balzan għamlu s-sigħat bla dawl, b’waħda mit-toroq għadha mingħajr elettriku s’issa.

Tliet toroq f’din il-lokalità, Triq it-Tabib Zammit, Triq San Frangisk u Triq il-Wied, sal-bieraħ bil-lejl kienu għadhom fi dlam ċappa. Din is-sitwazzjoni wasslet għal biża’ fost ir-residenti matul l-iljieli kollha li d-dawl dam maqtugħ. Kemm għar-residenti iżda anke għas-sewwieqa li jgħaddu minn dawn it-toroq.

Dawn iz-zoni qed jaraw ammont ikbar ta’ traffiku kaġun tax-xogħol li qed isir fi Triq in-Naxxar f’Birkirkara.

Enemalta ġew informati dwar din is-sitwazzjoni. Iżda minkejja li r-residenti ġew assigurati li t-tiswija neċessarja saret tant li l-elettriku ġie lura f’dawn it-toroq, Triq it-Tabib Zammit baqgħet mingħajr dawl.