Sport Sport Ieħor

Open tal-Istati Uniti: Rafael Nadal eliminat….Iga Swiatek fil-Kwarti tal-Finali

(Ritratt: EPA)

Fi Flashing Meadows, Rafael Nadal sofra l-ewwel telfa tiegħu fil-US Open f’sitt snin wara li tilef kontra Frances Tiafoe tal-Istati Uniti, seed numru 26 filwaqt li Iga Swiatek saret l-ewwel tennista Pollakka li waslet sal-kwarti tal-finali wara li għelbet lil Ġermaniża Jule Niemeier.

L-erba’ darbiet champion tal-US Open Nadal, li kien qed jittama li jirbaħ it-23 titlu Grand Slam, fejn kontra Tiafoe wara li tilef l-ewwel set 6-4, wettaq reazzjoi biex rebaħ it-tieni set 4-6 . Madankollu kien Tiafoe li rebaħ iż-żewġ sets ta’ wara dawk deciżivi 6-4, 6-3 . Għaċ-champion tal-Open tal-Awstralja u ta’ Franza Nadal, din kienet l-ewwel telfa tal-Grand Slam tal-2022 wara li problemi fiżici li kellu f’Wimbledon fejn tilef is-semifinali. It-telfa tiegħu waslet ġurnata biss wara li n-numru wieħed tad-dinja Daniil Medvedev ġie eliminat ukoll fir-raba’ round minn Nick Kyrgios. Fil-kwarti finali Tiafoe jiltaqa kontra s-seed numru disa’ r-Russu Andrey Rublev.

Swiatek tilfet l-ewwel set 2-6 iżda rebħet is-sets ta’ wara 6-4, 6-1 biex kienet hi li għamlitha għall-Kwarti tal-Finali tal-Open tal-Istati Uniti fejn issa tilgħab kontra l-Amerikana Jessica Pegula.