Fl-ewwel diskors tagħha bħala Prim Ministru, Liz Truss qalet li se tibdel lir-Renju Unit f’pajjiż ‘tal-aspirazzjonijiet’ u meta hi tinsab diġà taħt pressjoni biex ittaffi l-ispejjeż enormi tal-enerġija li qegħdin jifnu lill-familji Britanniċi.
Truss spjegat li l-prioritajiet tagħha se jinvolvu politika li tagħti nifs ġdid lill-ekonomiija, lis-settur tal-enerġija kif ukoll il-qasam tas-saħħa. Hi qed tippjana wkoll biex tixpruna l-ekonomija permezz ta’ riformi f’waqthom u qtugħ fit-taxxa.
Hi fakkret li r-Renju Unit ‘inbena min-nies kapaċi b’viżjoni għall-futur’ u espremiet tama li pajjiżha jiżgiċċa l-maltemp ekonomiku u jittrasforma ruħu f’wieħed ‘modern u brillanti’. Dan waqt li Truss ħalfet li s-servizzi tas-saħħa f’pajjiżha għandhom jitqiegħu fuq sisien aktar sodi.
Forsi l-aktar stqarrija importanti ta’ Liz Truss kienet li hi, bħala Prim Ministru, se tinvolvi ruħha personalment fl-istrateġiji politiċi biex isolvu l-kriżi tal-enerġija għar-Renju Unit.,..Kriżi li anki qed taffettwa lill-Ewropa kollha u meta Truss qed twaħħal is-sitwazzjoni allarmanti fil-President Russu, Vladimir Putin.
//= $special ?>